Il-Loghob Olimpiku

Views:
 
Category: Education
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Slide 1: 

Il-Logħob Olimpiku

Slide 2: 

Meta ngħidu Logħob Olimpiku nifhmu kompetizzjoni internazzjonali ta’ sports.

Slide 3: 

Fil-Greċja l-Antika, kien isir logħob kull 4 snin, f’ġieħ alla Zeus, is-sultan ta’ l-allat, li kien jgħix fuq il-muntanja Olimpus.

Slide 4: 

Dak iż-żmien kienu jieħdu sehem irġiel biss u bħala premju r-rebbieħa kienu jingħataw kuruna tar-rand.

Slide 5: 

L-Imperatur Ruman Teodozju waqqaf u ma ħalliex li jkompli jsir dan il-logħob fis-sena 393 W.K.

Slide 6: 

Fl-1896 reġa’ beda jsir bl-insistenza tal-baruni Franċiż Pierre de Coubertin. Hu jemmen li l-isports hu importanti għas-saħħa tal-bniedem u jgħin ukoll biex iressaq il-ġnus aktar qrib xulxin.

Slide 7: 

L-Olimpijadi jibdew billi tinxtegħel it-torċa Olimpika f’Olimpja fil-Greċja, minn fejn atleti jiġru bit-torċa sal-belt fejn ikunu se jsiru l-logħbiet. Din tibqa’ tixgħel sa l-aħħar ġurnata tal-logħob.

Slide 8: 

Il-Bandiera Olimpika fiha 5 ċrieki minsuġin f’xulxin. Iċ-ċrieki huma ta’ 5 kuluri differenti. L-isfond huwa abjad. Il-5 ċrieki jfissru l-għaqda bejn il-ħames kontinenti.

Slide 9: 

Fl-Olimpijadi hemm ħafna dixxiplini sportivi differenti.

Slide 10: 

Jingħataw tliet midalji f’kull dixxiplina.L-ewwel post tad-deheb. It-tieni tal-fidda u t-tielet post tal-bronz. DEHEB FIDDA BRONZ

Slide 11: 

TMIEM

Slide 12: 

Kulleġġ: St. Thomas More Skola: Marsaxlokk Għalliema: Ms A. Grima LSA: Ms D. Schembri Studenti: Emma Attard Federica Caruana Martina Fenech Graziella Incorvaja Jessica Pace Selaine Scicluna Rachel Zerafa Gabriel Abela Ransdon Barun Joseph Baldacchino Elvin Bugeja Manuel Bugeja Daniel Carabott Gilmour Carabott Gianluca Gravina Carlos Micallef Cezar Pinzaru