L-Imdina

Views:
 
Category: Education
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Slide 1: 

L-IMDINA

Slide 2: 

L-Imdina tinsab fuq għolja fin-nofs ta’ Malta. Minħabba f’hekk hi tidher minn kullimkien. Hi belt imdawra b’ħitan għoljin li nsejħulhom swar.

Slide 3: 

L-Imdina kienet mibnija fuq għolja biex l-għassiesa setgħu josservaw x’kien ikun qed jiġri madwarhom filwaqt li jilmħu lill-għadu ġej minn fuq il-baħar.

Slide 4: 

Meta kienu jinżlu l-ħallelin tal-baħar, in-nies mill-irħula tal-qrib kienu jaħarbu lejn l-Imdina biex jistkennu fiha. Il-ħallelin kienu jsibu l-irħula u l-irziezet vojta. Meta mbagħad kienu jmorru jattakkaw lill-Imdina u jsibuha magħluqa u mgħassa sewwa bis-suldati, kienu jaqtgħu qalbhom u jmorru lura fuq ix-xwieni tagħhom.

Slide 5: 

Minħabba f’dawn l-attakki l-Imdina saret l-aktar post importanti ta’ Malta. L-Imdina kienet ukoll il-belt kapitali ta’ Malta. Fl-antik l-aktar nies importanti tal-Gvern u l-Isqof bnew il-palazzi tagħhom hemm.

Slide 6: 

Fi żmien ir-Rumani l-Imdina kienet ikbar milli hi llum. Min ċekken din il-belt u dawwarha bis-swar u ħaffer foss madwarha? Ma nafux eżatt: jew l-Għarab jew il-Biżantini. Dan għamluh biex ikunu jistgħu jiddefenduha aħjar. Kienu l-Għarab li semmewha Mdina u għadha jisimha hekk sal-lum.

Slide 7: 

Il-Perit Franċiż Francois Mondion fetaħ il-Bieb Prinċipali tal-Imdina. Il-Bieb Prinċipali tal-Imdina

Slide 8: 

In-naħa ta’ ġewwa tal-Bieb Prinċipali tal-Imdina jidhru t-tliet qaddisin protetturi ta’ Malta: San Publiju, San Pawl u Sant’Agata.

Il-Palazz Vilhena : 

Il-Palazz Vilhena Dan hu palazz fejn illum hemm il-Mużew tal-Istorja Naturali li jżuruh ħafna tfal tal-iskola u turisti. Isejħulu Palazz Vilhena għax inbena mill-ġdid mill-Gran Mastru Vilhena biex imur joqgħod fih fis-sajf. Darba dan il-palazz kien ukoll sptar. Mal-Granmastru Vilhena huwa marbut ukoll ir-restawr (tindif u rranġar ta’ bini) tal-Imdina

Slide 10: 

De Vilhena u l-palazz tiegħu Dan il-bini huwa fuq stil barokk, jiġifieri li l-bini u l-faċċati tiegħu jkunu b’disinji kkumplikati.

It-Torri tal-Istandard : 

It-Torri tal-Istandard Fl-antik dan kien torri tal-għassa. Meta kienu jiġu l-ħallelin tal-baħar jew l-għedewwa jattakkaw lil Malta, minn fuq dan it-torri kienu jqabbdu ħuġġieġa. Meta l-Maltin kienu jaraw il-ħuġġieġa, kienu jindunaw li waslu l-għedewwa u jmorru jfittxu l-kenn fl-Imdina. Illum iservi ta’ uffiċju ta’ informazzjoni għat-turisti.

Slide 13: 

Il-Katidral hu ddedikat lil San Pawl. Fl-1693, sar terremot li għamel ħsara lill-Katidral. Għalhekk waqqgħuh u reġgħu bnewh mill-ġdid. Il-perit tal-Katidral kien il-bravu Lorenzo Gafa’.

Slide 14: 

Il-Katidral minn ġewwa. Il-Katidral hu magħruf l-aktar għall-koppla maestuża tiegħu.

Slide 15: 

L-art tal-Katidral hija miksija b'oqbra ta' nies magħrufa, nobbli u monsinjuri tal-Katidral li kienu jgħixu f'dak iż-żmien.

Slide 16: 

Il-Katidral huwa l-knisja prinċipali tad-Djoċesi Maltija. Jgħidu li fejn hemm il-Katidral, ħafna snin ilu kien hemm il-Palazz ta’ Publiju, il-gvernatur Ruman ta’ Malta li kien laqa’ lil San Pawl għandu. Jgħidu wkoll li xi snin wara kien hemm knisja ċkejkna. Maż-żmien il-Maltin kellhom ikabbru din il-knisja iktar minn darba, għax bdew jaraw li ma kinitx kbira biżżejjed għalihom. Illum għandna l-Katidral.

San Publiju u San Pawl : 

San Publiju u San Pawl

Slide 18: 

L-Arċisqof ta’ Malta minn dejjem kellu l-palazz tiegħu fl-Imdina. Dan jinsab imiss eżatt mal-Katidral.

Il-Mużew tal-Katidral : 

Il-Mużew tal-Katidral Fil-Katidral minn dejjem kienu jużaw affarijiet prezzjużi. Ħafna minn dawn m’għadhomx jużawhom illum (per eżempju: ħwejjeġ liturġiċi bħal dawk li jintlibsu għall-quddies, kalċijiet, statwi, pitturi, reġistri, missali u kotba oħra) Dari dan il-bini kien jintuża bħala seminarju.

Slide 21: 

Il-Kappella tal-Karmnu (stil Barokk) inbniet fl- 1659. Hawnhekk bdiet ir-rewwixta tal-Maltin kontra l-Franċiżi fl-1798. Dan ġara meta l-Maltin raw lill-Franċiżi se jisirqu d-damask biex ibiegħuh. Ġewwa t-triq Villegaignon

Id-Dar Normanna : 

Id-Dar Normanna Din hi dar kbira u antika ħafna. In-nies jafuha bħala d-Dar Normanna għax mibnija kif kienu jibnu n-Normanni li kienu jikkmandaw lil Malta ħafna snin ilu. Imma l-isem propja ta’ din id-dar huwa Palazzo Falson. Din tinsab ftit ‘il fuq mill-knisja tal-Karmnu.

Slide 23: 

Meta ħafna snin ilu l-Kavallieri ġew Malta, il-Gran Mastru L’Isle Adam qagħad f’dan il-palazz għal tmint ijiem. Dan il-palazz huwa t-tieni l-eqdem bini li nistgħu nsibu llum ġol-Imdina. Illum id-dar hi miftuħa għal min irid jarha.

Slide 24: 

Faċċata tal-kappella ta’ Sant’Agata hemm Casa Inguanez –palazz tas-seklu 14. Dan ukoll jinsab fit-triq prinċipali tal-Imdina, imsejħa Villegaignon. Din hija l-usa’ triq ġewwa l-Imdina.

Slide 25: 

Illum l-Imdina hija attrazzjoni għat-turisti. Dawn jieħdu gost imorru fit-toroq dojoq u mgħawwġin tagħha u jaraw il-bini sabiħ li fiha. Toroq ġewwa l-Imdina

Slide 26: 

It-toroq ġewwa l-Imdina kienu dojoq u mserpa biex il-Maltin u l-Kavallieri setgħu jaħarbu u jistaħbew faċilment mill-għadu.

Slide 27: 

Apparti minnhekk, f’każ ta’ xi attakk il-passaġġ tan-nies ikun limitat u l-vleġeġ ma jwasslux fit-tul. Fl-istess ħin id-djar kienu jkunu protetti mix-xemx.

Slide 28: 

Fl-1530 Malta giet f’idejn il-Kavallieri ta’ San Ġwann, iżda billi l-istill tal-ġlied kien tbiddel, dawn stabbilixxew ruħhom fil-Birgu. Pero’, minħabba l-attakki spissi tal-furbani Torok, huma komplew isaħħu s-swar. L-Imdina żammewha bħala s-simbolu ta’ awtorita’ fejn kienu jitilgħu l-Gran Mastri biex jieħdu l-ġurament tal-ħatra tagħhom.

Slide 29: 

Illum l-Imdina m’għadhiex belt importanti bħal qabel. Malli l-Kavallieri ta’ San Ġwann bnew il-Belt Valletta, in-nies importanti tal-Gvern, tal-Knisja u l-kbarat li qabel kienu joqogħdu l-Imdina, bnew il-palazzi tagħhom fil-belt il-ġdida. Minħabba f’hekk l-Imdina tilfet l-importanza tagħha u saret il-belt siekta. Il-Belt Valletta

Slide 30: 

Entratura oħra għall-Imdina. Bieb il-Griegi, il-bieb l-antik li kien jintuża fis-seklu 15.

Minn fuq is-swar tal-Imdina, in-nies tista’ tara veduta sabiħa tal-postijiet ta’ madwar. Tista’ tara nofs Malta mill-Imdina. : 

Minn fuq is-swar tal-Imdina, in-nies tista’ tara veduta sabiħa tal-postijiet ta’ madwar. Tista’ tara nofs Malta mill-Imdina.

Slide 32: 

L-Imdina kellha l-isem ta’ Citta Notabile wkoll. Ingħatalha dan l-isem għax ir-Re Alfonsu ħamsa ta’ Spanja kien għolla d-dinjita’ tagħha meta sejħilha ġawrha prezzjuża tal-kuruna tiegħu.

Issa aħsbu sew min huma dawn: : 

Issa aħsbu sew min huma dawn: Ninsab fuq għolja fin-nofs ta’ Malta. Tajna l-isem lil din il-belt u baqa’ hekk sal-lum. Għandi l-palazz tiegħi ħdejn il-Katidral. L-Imdina L-Għarab L-Arċisqof Pawlu Cremona

Issa aħsbu sew min huma dawn: : 

Issa aħsbu sew min huma dawn: Imsemmi għal Gran Mastru Vilhena u llum jiena l-Mużew tal-Istorja Naturali. Ġejna mibnija biex niddefendu l-Imdina. Il-Katidral hu ddedikat lili. Il-Palazz Vilhena Swar San Pawl

Issa aħsbu sew min huma dawn: : 

Issa aħsbu sew min huma dawn: Aħna t-tliet protetturi ta’ Malta. Ftaħt il-bieb prinċipali tal-Imdina. Dari kont torri tal-għassa, illum inservi ta’ uffiċju ta’ informazzjoni għat-turisti. San Publiju, San Pawl u Sant’ Agata Il-Perit Francois Mondion. It-Torri tal-Istandard

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll. : 

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll. : 

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll. : 

Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.

Attivita’ f’pari  : 

Attivita’ f’pari  F’pari, agħmlu lista ta’ dawk l-affarijiet li tgħallimtu llum dwar l-Imdina. Wara aqsmuhom mal-kumplament ta’ sħabkom u araw x’lista toħolqu lkoll flimkien.

Slide 40: 

Tmiem Minn Ms. Elaine Muscat u l-Istudenti tal-Ħames sena. Kulleġġ San Benedittu Skola Primarja Mqabba.