logging in or signing up L-Imdina tonypace Download Post to : URL : Related Presentations : Share Add to Flag Embed Email Send to Blogs and Networks Add to Channel Uploaded from authorPOINT lite Insert YouTube videos in PowerPont slides with aS Desktop Copy embed code: (To copy code, click on the text box) Embed: URL: Thumbnail: WordPress Embed Customize Embed The presentation is successfully added In Your Favorites. Views: 473 Category: Education License: All Rights Reserved Like it (2) Dislike it (0) Added: January 23, 2010 This Presentation is Public Favorites: 0 Presentation Description No description available. Comments Posting comment... Premium member Presentation Transcript Slide 1: L-IMDINA Maħdum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina. : Maħdum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina. Slide 3: L-Imdina nsejħulha l-Belt Kapitali l-Qadima ta’ Malta għaliex inbniet ħafna snin ilu, wisq qabel mal-kavallieri bnew il-Belt Valletta. Slide 4: Aktarx kienu r-Rumani, li waqt il-ħakma tagħhom f’Malta, bnew belt fuq għolja sabiex ikunu jistgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u jkunu jistgħu jiddefendu aħjar lil din il-belt. Kienu l-Għarab li ċekknu lil din il-belt u tawha l-isem ta’ Mdina. Slide 5: L-Imdina hija mdawra bis-swar għoljin għax fiż-żmien ta’ ġlied, in-nies kienu jiġu mill-irħula, jidħlu fil-belt u jingħalqu wara s-swar. Slide 6: Fid-daħla prinċipali tal-Imdina, insibu l-Main Gate. Dan il-bieb għandu kitba li turina meta ġew irrestawrati l-ħitan ta’ din il-belt, kif ukoll l-arma tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Slide 7: Fuq ġewwa tal-bieb hemm il-figuri ta’ San Pawl, San Publiju u Sant’ Agata li huma l-protetturi tal-Imdina u qaddisin patruni ta’ Malta. Slide 8: Fid-daħla tal-Imdina nsibu l-Palazz de Vilhena li huwa palazz maġistrali li nbena fl-1730 mill-Gran Mastru de Vilhena. Illum dan huwa l-Mużew tal-Istorja Naturali. Slide 9: Fuq in-naħa l-oħra tal-Palazz de Vilhena nsibu t-Torri tal-Istandard li qabel kien jintuża mill-gwardjani tal-belt biex iżommu l-ordni. Illum dan it-torri qiegħed jintuża bħala Uffiċċju Informazzjoni għat-turisti. Slide 10: Kif nidħlu fi triq Villegaignon insibu l-kappella ta’ Sant’Agata. Jingħad li meta t-Torok attakkaw lil Malta fl-1551, din il-qaddisa dehret lil soru f’ħolma u qaltilha li jekk joħorġu l-istatwa tagħha fuq is-swar, il-Maltin isalvaw. Hekk kien ġara. Slide 11: Fl-istess triq, insibu wkoll bini ieħor importanti fosthom Casa Inguanez (palazz tas-seklu 14), il-Kunvent tas-Sorijiet tal-klawsura tal-Benedittini u l-Banca Giuratale li fih l-Arkivji Nazzjonali tad-dokumenti storiċi ta’ pajjiżna. Casa Inguanez Kunvent tas-sorijiet Banca Giuratale Slide 12: Kif naslu f’nofs triq Villegaignon nieqfu biex nitpaxxew bil-ġmiel tal-pjazza tal-Katidral. Wara t-terremot din il-pjazza saret ħerba, imma meta reġa’ nbena l-katidral, il-pjazza twessgħet u tela’ dak il-bini sabiħ li qed naraw illum. Slide 13: Il-katidral tal-Imdina huwa mibni fuq il-post fejn qabel kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju meta ġie San Pawl Malta. Għalhekk kif inhu xieraq, il-katidral hu ddedikat lill-konverżjoni ta`San Pawl u nbena fuq id-disinn tal-perit Lorenzo Gafà. Slide 14: Il-Katidral hu magħruf għall-ġmiel tiegħu speċjalment għall-koppla maestuża. Ġo fih jinsabu midfuna ħafna nies nobbli u monsinjuri tal-Katidral. Slide 15: Maġenb il-Katidral insibu l-Palazz tal-Isqof u l-Mużew tal-Katidral li huwa wieħed mill-aqwa mużewijiet tal-knejjes li nsibu fl-Ewropa. Palazz tal-Isqof Mużew tal-Katidral Slide 16: Lura fi triq Villegaignon insibu Palazzo Falson, magħruf ukoll bħala d-Dar Normanna. Hawnhekk il-Gran Mastru l`Isle Adam ġie milqugħ meta żar l-Imdina fl-1530. Illum huwa mużew li fih insibu kollezzjoni interessanti u unika ta` tpinġijiet, għamara u fidda antika. Slide 17: Faċċata tad-Dar Normanna nsibu l-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-knisja hija magħrufa għall-irvell kontra l-Franċiżi li riedu jisirqu t-tapezzerija u oġġetti sagri oħra minn din il-knisja. Slide 18: Hekk kif tasal fuq is-sur tal-Imdina tara waħda mill-isbaħ veduti ta’ Malta. Slide 19: L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta minħabba l-kwiet li hemm fiha. Fl-Imdina hemm ħafna toroq dojoq u mserpin. Dan sabiex kien ikun aktar diffiċli għall-għadu biex jattakkaw. Slide 20: Insibu żewġ bibien oħra li minnhom tista’ tidħol fl-Imdina. Wieħed mill-bibien jissejjaħ Bieb il-Griegi għax probabbli kien taħt il-ħakma ta’ xi Griegi li kienu jgħixu f’dik il-parti tal-Imdina. Il-bieb l-ieħor huwa bieb sekondarju li qiegħed fil-ġenb ta’ din il-belt. Slide 21: L-Imdina tissejjaħ ukoll Città Notabile, titlu li ngħata lilha mir-Re Alfonsu V wara r-rewwixta kontra Monroy. L-Imdina llum hija waħda mill-attrazjonijiet ewlenin għat-turisti kif ukoll għall-Maltin. Slide 22: Ejjew naħdmu flimkien! Veru jew Falz? : Veru jew Falz? 1. L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta? 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Ġwann, San Martin u Santa Marija. Veru Falz Slide 24: 3. L-Imdina bnewha l-Ispanjoli. 4. L-Imdina qegħda fuq għolja. 5. L-Għarab ċekknu l-Imdina. Veru Veru Falz Slide 25: 6. L-Imdina għandha ħames bibien. 7. Fl-Imdina hemm aktar minn knisja waħda. 8. Fil-post fejn hemm il-Katridal illum, kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju. Veru Veru Falz Liema hi t-tajba? : 2. Fl-Imdina hemm toroq ( dojoq, dritti, wisgħin). 3. Il-katidral inbena wara (t-terremot, t-tieni gwerra dinjija, l-ewwel gwerra dinjija). Liema hi t-tajba? L-Imdina hija mdawra bis- (swar, siġar, slielem). Slide 27: 6. L-Imdina tissejjaħ ukoll Città (Notabile, Suprema, Serja). 5. Illum il-palazz de Vilhena huwa l-mużew (tal-katidral, tal-Istorja Naturali, tal-Isqof) L-Imdina tissejjaħ il-Belt is-Siekta għax ma jgħaddux ħafna (żwiemel, għasafar, karozzi). Irranġa dawn is-sentenzi. : Irranġa dawn is-sentenzi. 1. tinsab L-Imdina għolja fuq 1. L-Imdina tinsab fuq għolja. 2. tal-Imdina Il-patruni San Pawl Sant’Agata huma San Publiju. 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Pawl, Sant’Agata u San Publiju. Slide 29: 3. kienet L-Imdina milli hi akbar illum. 3. L-Imdina kienet akbar milli hi illum. 4. Publiju Il-katidral flok inbena il-palazz ta’ 4. Il-Katidral inbena flok il-palazz ta’ Publiju. 5. saħħew L-Għarab bis-swar l-Imdina 5. L-Għarab saħħew l-Imdina bis-swar. Slide 30: TMIEM Ħadu sehem f’dan il-proġett: Kulleġġ: San Nikola Skola: Baħrija Klassi: Il-Ħames Sena Għalliema: Ms. M. Muscat LSA: Ms. R. Pisani Tfal: Ayrton, Geert, Jake, Tyrone Casey, Charmaine, Cheyenne, Lourdes, Maria You do not have the permission to view this presentation. In order to view it, please contact the author of the presentation.
L-Imdina tonypace Download Post to : URL : Related Presentations : Share Add to Flag Embed Email Send to Blogs and Networks Add to Channel Uploaded from authorPOINT lite Insert YouTube videos in PowerPont slides with aS Desktop Copy embed code: (To copy code, click on the text box) Embed: URL: Thumbnail: WordPress Embed Customize Embed The presentation is successfully added In Your Favorites. Views: 473 Category: Education License: All Rights Reserved Like it (2) Dislike it (0) Added: January 23, 2010 This Presentation is Public Favorites: 0 Presentation Description No description available. Comments Posting comment... Premium member Presentation Transcript Slide 1: L-IMDINA Maħdum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina. : Maħdum u ppreżentat mill-klassi tal-Ħames sena tal-iskola tal-Baħrija li se joħdukom dawra mal-belt tal-Imdina. Slide 3: L-Imdina nsejħulha l-Belt Kapitali l-Qadima ta’ Malta għaliex inbniet ħafna snin ilu, wisq qabel mal-kavallieri bnew il-Belt Valletta. Slide 4: Aktarx kienu r-Rumani, li waqt il-ħakma tagħhom f’Malta, bnew belt fuq għolja sabiex ikunu jistgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u jkunu jistgħu jiddefendu aħjar lil din il-belt. Kienu l-Għarab li ċekknu lil din il-belt u tawha l-isem ta’ Mdina. Slide 5: L-Imdina hija mdawra bis-swar għoljin għax fiż-żmien ta’ ġlied, in-nies kienu jiġu mill-irħula, jidħlu fil-belt u jingħalqu wara s-swar. Slide 6: Fid-daħla prinċipali tal-Imdina, insibu l-Main Gate. Dan il-bieb għandu kitba li turina meta ġew irrestawrati l-ħitan ta’ din il-belt, kif ukoll l-arma tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Slide 7: Fuq ġewwa tal-bieb hemm il-figuri ta’ San Pawl, San Publiju u Sant’ Agata li huma l-protetturi tal-Imdina u qaddisin patruni ta’ Malta. Slide 8: Fid-daħla tal-Imdina nsibu l-Palazz de Vilhena li huwa palazz maġistrali li nbena fl-1730 mill-Gran Mastru de Vilhena. Illum dan huwa l-Mużew tal-Istorja Naturali. Slide 9: Fuq in-naħa l-oħra tal-Palazz de Vilhena nsibu t-Torri tal-Istandard li qabel kien jintuża mill-gwardjani tal-belt biex iżommu l-ordni. Illum dan it-torri qiegħed jintuża bħala Uffiċċju Informazzjoni għat-turisti. Slide 10: Kif nidħlu fi triq Villegaignon insibu l-kappella ta’ Sant’Agata. Jingħad li meta t-Torok attakkaw lil Malta fl-1551, din il-qaddisa dehret lil soru f’ħolma u qaltilha li jekk joħorġu l-istatwa tagħha fuq is-swar, il-Maltin isalvaw. Hekk kien ġara. Slide 11: Fl-istess triq, insibu wkoll bini ieħor importanti fosthom Casa Inguanez (palazz tas-seklu 14), il-Kunvent tas-Sorijiet tal-klawsura tal-Benedittini u l-Banca Giuratale li fih l-Arkivji Nazzjonali tad-dokumenti storiċi ta’ pajjiżna. Casa Inguanez Kunvent tas-sorijiet Banca Giuratale Slide 12: Kif naslu f’nofs triq Villegaignon nieqfu biex nitpaxxew bil-ġmiel tal-pjazza tal-Katidral. Wara t-terremot din il-pjazza saret ħerba, imma meta reġa’ nbena l-katidral, il-pjazza twessgħet u tela’ dak il-bini sabiħ li qed naraw illum. Slide 13: Il-katidral tal-Imdina huwa mibni fuq il-post fejn qabel kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju meta ġie San Pawl Malta. Għalhekk kif inhu xieraq, il-katidral hu ddedikat lill-konverżjoni ta`San Pawl u nbena fuq id-disinn tal-perit Lorenzo Gafà. Slide 14: Il-Katidral hu magħruf għall-ġmiel tiegħu speċjalment għall-koppla maestuża. Ġo fih jinsabu midfuna ħafna nies nobbli u monsinjuri tal-Katidral. Slide 15: Maġenb il-Katidral insibu l-Palazz tal-Isqof u l-Mużew tal-Katidral li huwa wieħed mill-aqwa mużewijiet tal-knejjes li nsibu fl-Ewropa. Palazz tal-Isqof Mużew tal-Katidral Slide 16: Lura fi triq Villegaignon insibu Palazzo Falson, magħruf ukoll bħala d-Dar Normanna. Hawnhekk il-Gran Mastru l`Isle Adam ġie milqugħ meta żar l-Imdina fl-1530. Illum huwa mużew li fih insibu kollezzjoni interessanti u unika ta` tpinġijiet, għamara u fidda antika. Slide 17: Faċċata tad-Dar Normanna nsibu l-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-knisja hija magħrufa għall-irvell kontra l-Franċiżi li riedu jisirqu t-tapezzerija u oġġetti sagri oħra minn din il-knisja. Slide 18: Hekk kif tasal fuq is-sur tal-Imdina tara waħda mill-isbaħ veduti ta’ Malta. Slide 19: L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta minħabba l-kwiet li hemm fiha. Fl-Imdina hemm ħafna toroq dojoq u mserpin. Dan sabiex kien ikun aktar diffiċli għall-għadu biex jattakkaw. Slide 20: Insibu żewġ bibien oħra li minnhom tista’ tidħol fl-Imdina. Wieħed mill-bibien jissejjaħ Bieb il-Griegi għax probabbli kien taħt il-ħakma ta’ xi Griegi li kienu jgħixu f’dik il-parti tal-Imdina. Il-bieb l-ieħor huwa bieb sekondarju li qiegħed fil-ġenb ta’ din il-belt. Slide 21: L-Imdina tissejjaħ ukoll Città Notabile, titlu li ngħata lilha mir-Re Alfonsu V wara r-rewwixta kontra Monroy. L-Imdina llum hija waħda mill-attrazjonijiet ewlenin għat-turisti kif ukoll għall-Maltin. Slide 22: Ejjew naħdmu flimkien! Veru jew Falz? : Veru jew Falz? 1. L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta? 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Ġwann, San Martin u Santa Marija. Veru Falz Slide 24: 3. L-Imdina bnewha l-Ispanjoli. 4. L-Imdina qegħda fuq għolja. 5. L-Għarab ċekknu l-Imdina. Veru Veru Falz Slide 25: 6. L-Imdina għandha ħames bibien. 7. Fl-Imdina hemm aktar minn knisja waħda. 8. Fil-post fejn hemm il-Katridal illum, kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju. Veru Veru Falz Liema hi t-tajba? : 2. Fl-Imdina hemm toroq ( dojoq, dritti, wisgħin). 3. Il-katidral inbena wara (t-terremot, t-tieni gwerra dinjija, l-ewwel gwerra dinjija). Liema hi t-tajba? L-Imdina hija mdawra bis- (swar, siġar, slielem). Slide 27: 6. L-Imdina tissejjaħ ukoll Città (Notabile, Suprema, Serja). 5. Illum il-palazz de Vilhena huwa l-mużew (tal-katidral, tal-Istorja Naturali, tal-Isqof) L-Imdina tissejjaħ il-Belt is-Siekta għax ma jgħaddux ħafna (żwiemel, għasafar, karozzi). Irranġa dawn is-sentenzi. : Irranġa dawn is-sentenzi. 1. tinsab L-Imdina għolja fuq 1. L-Imdina tinsab fuq għolja. 2. tal-Imdina Il-patruni San Pawl Sant’Agata huma San Publiju. 2. Il-patruni tal-Imdina huma San Pawl, Sant’Agata u San Publiju. Slide 29: 3. kienet L-Imdina milli hi akbar illum. 3. L-Imdina kienet akbar milli hi illum. 4. Publiju Il-katidral flok inbena il-palazz ta’ 4. Il-Katidral inbena flok il-palazz ta’ Publiju. 5. saħħew L-Għarab bis-swar l-Imdina 5. L-Għarab saħħew l-Imdina bis-swar. Slide 30: TMIEM Ħadu sehem f’dan il-proġett: Kulleġġ: San Nikola Skola: Baħrija Klassi: Il-Ħames Sena Għalliema: Ms. M. Muscat LSA: Ms. R. Pisani Tfal: Ayrton, Geert, Jake, Tyrone Casey, Charmaine, Cheyenne, Lourdes, Maria