G. Farrugia - Safi Primary C

Views:
 
Category: Entertainment
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Komunikazzjoni : 

Komunikazzjoni IMĠIBA RISPETT SOLIDARJETA’

8t iħbieb kbar : 

8t iħbieb kbar Julia, Sarah, Jeremy, Flavia, Tyrone, Robert, Janice u Steve huma ħbieb kbar tal-qalb.

Slide 3: 

Ilhom ħbieb minn meta bdew jattendu għall-ewwel darba l-iskola primarja ta’ Ħal Tuxa.

Slide 4: 

Dawn it-tmint itfal jiftiehmu ħafna u jaqblu f’ħafna affarijiet. Imma minħabba li kollha għandhom opinjonijiet u karattri differenti mhux dejjem jaqblu f’kollox.

Slide 5: 

Darba fost l-oħrajn waqt li kienu sejrin lura d-dar waħidhom bħas-soltu, bdew jittantaw ix-xemx għaddejja. Steve, Julia u Sarah ma sseħbux magħhom u baqgħu mexjin għal-għonq it-triq.

Slide 6: 

Mill-oħrajn kien hemm min beda jdoqq il-qniepen tal-bibien ta’ barra tan-nies u jaħrab jiġri.

Slide 7: 

Jeremy u Tyrone kellhom il-ballun u qagħdu jħabbtuh mal-garaxxijiet attapposta b’kemm kellhom saħħa.

Slide 8: 

Robert kellu suffara għax waqt il-brejk kien jirrefja u beda jsaffar b’kemm jiflaħ.

Slide 9: 

F’ħin minnhom Janice u Flavia anki garaw xi ġebel lejn it-twieqi tad-djar u l-karozzi. Oħrajn lejn xi annimali abbandunati fit-triq.

Slide 10: 

F’kelma waħda ma ħallewx triq waħda fil-paċi kif ukoll lil xi anzjan/a rieqed/da bi kwietu/a jew xi annimal għaddej għal triqtu.

Slide 11: 

Julia, Sarah u Steve kemm-il darba pruvaw iwaqqfuhom milli jagħmlu dan kollu! Saħansitra pruvaw jgħidulhom li dan mhux sewwa għax l-IMĠIBA tagħhom qiegħda tkun ħażina, qiegħdin jagħmlu vandaliżmu u qiegħdin jiksru l-paċi pubblika. Imma kien kollu għalxejn!

Slide 12: 

Ta’ tfal diżubbidjenti li kienu mhux talli ma semgħux minn sħabhom imma talli bdew jgħajruhom, jidħku bihom u jgħidulhom li jekk xi ħadd iċanfarhom huma kienu ser jeħlu magħhom għax dejjem flimkien ikunu!

Slide 13: 

Dawn it-tfal ma kien jinteressahom minn xejn u minn ħadd għax l-aqwa li kienu qiegħdin jgħaddu siegħa żmien.

Slide 14: 

Dawn it-tfal mhux talli kienu qed jonqsu imma ma ġabux RISPETT la lilhom infushom, la lil sħabhom u lanqas lill-komunita’.

Slide 15: 

Minħabba dan in-nuqqas ta’ rispett huma mhux qed juru SOLIDARJETA’. Nuru solidarjeta’ billi nimxu mhux kif jaqbel lilna nfusna biss imma naħsbu f’kulħadd għaliex aħna qiegħdin ngħixu ġo komunita’ u mhux fuq gżira waħedna.

Slide 16: 

Għalhekk għandna nkunu responsabbli għall-IMĠIBA tagħna u b’hekk inkunu qiegħdin nuru RISPETT u SOLIDARJETA’ lejn kulħadd.

Slide 17: 

Jekk ngħaqqdu dawn it-tlieta f’daqqa nkunu nistgħu nsaħħu l-KOMUNIKAZZJONI u l-GĦAQDA ta’ bejnietna.

Konkluzjoni : 

Konkluzjoni

Slide 19: 

Meta ma ġġibx ruħek sewwa tkun qed tonqos mill- imġiba tiegħek lejk innifsek u lejn dawk ta’ madwarek.

Slide 20: 

Nuqqas ta’ mġiba ġġib magħha nuqqas ta’ rispett.

Slide 21: 

Nuqqas ta’ mġiba u rispett ma jwasslux lejn solidarjeta’.

Slide 22: 

B’nuqqas ta’ mġiba tajba, rispett u solidarjeta’ lejn kulħadd ma nsaħħux il- komunikazjoni u l- għaqda ta’ bejnietna.

Slide 23: 

Biex ikollna bażi ta’ komunikazzjoni tajba jrid ikun hemm Imġiba tajba Rispett Solidarjeta’

Slide 24: 

Kulleġġ San Benedittu Primarja Safi Ms G. Farrugia u l-istudenti tal-5 Klassi 2009-2010 ©