Is-Sajd Part 1 (Marouska Mamo - Fgura Pr

Views:
 
Category: Entertainment
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Slide 1: 

Is-Sajd f'Malta (Part 1)

Slide 2: 

Il-postijiet tas-sajd f’ Malta u Għawdex. Marsaxlokk Xlendi San Ġiljan Wied iż-Żurrieq San Pawl il-Baħar Mġarr Ġnejna

Slide 3: 

Portijiet tas-Sajd f'Malta

Slide 4: 

Marsaxlokk

Slide 7: 

Wied iż-Żurrieq

Slide 10: 

Ġnejna

Slide 13: 

San Pawl il-Baħar

Slide 16: 

Wied il-Għajn

Slide 19: 

Ix-Xlendi

Slide 22: 

Marsalforn

Slide 25: 

Mġarr

Slide 28: 

Nistgħu ngħidu li l-ebda raħal fil-Gżejjer Maltin m’hu qiegħed ’il bogħod ħafna mill-baħar. Ma setax jonqos allura li sa mill-qedem il-Maltin kienu jippruvaw jaqbdu l-ħut mill-baħar ta’ madwarhom.

Slide 29: 

Min huma dawk li jaqbdu l-ħut għall-ikel? Minn fejn jiġi ħut ieħor li nieklu?

Slide 30: 

Dawn xogħolhom hu li jaqbdu l-ħut. Insibu ħafna sajjieda pereżempju f’Marsaxlokk. Dawn jużaw il-luzzu, il-kajjikk jew l-iskuna. Fl-1997 kien hawn 300 sajjied full-time. Is-Sajjieda FULL TIME

Slide 31: 

Fl-1966 kien hawn 1400 sajjied part-time f’Malta u Għawdex. Matul is-sena dawn ma jaħdmux bħala sajjieda, biss bejn Awissu u Novembru, fl-ista[un tal-lampuki, jieħdu l-leave u joħorġu jistadu. Jużaw l-iktar xi luzzu jew kajjikk. Is-Sajjieda PART TIME

Slide 32: 

Bosta nies iħobbu jistadu fil-ħin liberu tagħhom. Hemm dawk li jmorru jogħdsu biċ-ċilindri u jaqbdu ħut u qarnit. Oħrajn jistadu bil-qasba minn fuq ix-xatt. Imbagħad hemm dawk li joħorġu b’xi dgħajsa żgħira jitfgħu n-nases u jrejxu. Is-Sajjieda DILETTANTI

Slide 33: 

Id-dgħajjes tas-sajd

Slide 34: 

Il-Luzzu huwa wieħed mid-dgħajjes kbar, b'saħħithom u sodi ħafna. Il-Luzzu għandu l-poppa u l-pruwa ġejjin għall-ponta. Huwa għandu l-għajn li jgħidu li tipproteġi lis-sajjieda mill-maltemp.

Slide 35: 

Il-Kajjikk għandu l-pruwa ġejja għall-ponta u l-poppa ċatta. Il-kajjikk ma jiflaħx ħafna għall-baħar bħal-Luzzu. Ġieli nsibu xi kajjikk li jimxi permezz tal-qlugħ u xi drabi nsibu oħrajn li jimxu permezz tal-mutur.

Slide 36: 

L-iskuna hija dgħajsa kbira u b'saħħitha. Hija l-akbar mill-biċċiet tal-baħar li jistadu bihom. Din jista’ jkollha żewġ arbli jew aktar għall-qlugħ jew il-mutur biex tmur minn post għal ieħor. L-iskuna għandha l-pruwa għall-ponta u għandha l-poppa ċatta.

Slide 37: 

L-iskuna hija dgħajsa li tiflaħ għall-maltemp. Xi drabi meta s-sajjieda joħorġu jistadu fuqha ġieli jdumu aktar minn tlett ijiem. L-iskuna jkun fiha ħafna faċilitajiet għas-sajd fosthom friża għall-ħut, radju u boxxla. Kelma Ingliża li tfisser skuna hija trawler .

Slide 38: 

Kwizz

Slide 39: 

Semmi raħal Malti li qiegħed maġenb il-baħar u li fih issib ħafna sajjieda full-time. Marsaxlokk

Slide 40: 

Semmi raħal Malti li mhux qiegħed qrib ħafna tal-baħar. Risposti Diversi

Slide 41: 

Semmi raħal Għawdxi qrib il-baħar. Risposti Diversi

Slide 42: 

X’ tip ta’ sajjieda jista’ jkun hawn? Full, time, part time jew dilettanti.

Slide 43: 

X’jużaw is-sajjieda full-time biex joħorġu jaqbdu l-ħut ’il bogħod mill-art u għal tul ta’ żmien? L-iskuna

Slide 44: 

X’ jisimha dik id-dgħajsa li jkollha wara (il-poppa) u quddiem (il-pruwa) ċatti? Luzzu

Slide 45: 

Kemm kien hawn sajjieda full-time fl-1997? 300

Slide 46: 

Semmi żewġ (2) modi kif tista’ taqbad ħuta. Biċ-ċilindri jew bil-qasba

Slide 47: 

Semmi raħal Malti minn fejn tista’ ssib tixtri ħut frisk. Marsaxlokk

Slide 48: 

Prosit!!!