Id-Dezert Kiesah U D-Dezert Shun

Views:
 
Category: Entertainment
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Id-Deżerti : 

Id-Deżerti Ms.S Brincat (2009-2010) Kulleġġ San Benedittu Skola Primary Kirkop (yr5)

X’inhu Deżert? : 

X’inhu Deżert? Deżert huwa art fejn: a) ftit tagħmel xita. b) ftit pjanti jikbru ċ) ftit annimali jgħixu d) ftit nies joqogħdu

Insibu żewġ tipi ta’ deżerti : 

Insibu żewġ tipi ta’ deżerti Deżert Sħun Deżert Kiesaħ

Il-Klima tad-Deżert Sħun : 

Il-Klima tad-Deżert Sħun Ikun hemm nixfa kbira għax ftit tagħmel xita. Filgħodu tkun dejjem sħana kbira (43.5 sa 49 grad celcius) Iżda bil-lejl tkun kesħa kbira. (It-temperatura bil-lejl ġieli taqa’ sa – 18 -il celsius). Għaliex taħsbu li jiġri dan? Dan jiġri għaliex fuq id-deżert ma jkunx hemm sħab fis-sema għalhekk is-sħana tal-jum, bil-lejl tispiċċa tintilef.

X’inhi Desert Storm? : 

X’inhi Desert Storm? Maltempata ta’ riħ qawwi li jġorr miegħu ħafna ramel. Desert storm iddum bejn ġurnata u erbat ijiem. Komuni ħafna fid-deżert is-sħun.

Kif jidher id-Deżert Sħun? : 

Kif jidher id-Deżert Sħun? Deżert sħun hu magħmul minn ramel u xagħri (blat). Fih naraw ukoll ħafna għoljiet tar-ramel li jissejħu sand dunes.

Slide 7: 

Il-pjanti tad-deżert is-sħun huma tat-tip cactus. Dawn kapaċi jgħixu f’dik in-nixfa għax iżommu l-ilma fil-weraq , fiz-zkuk jew fl-għeruq. Pjanti oħra jkollhom l-għeruq twal li jwasslu sa ħdejn xi ilma li jkun inġabar taħt l-art. Pjanti

Slide 8: 

Fid-deżert sħun insibu wkoll partijiet fejn ikun hemm l-ilma għax ikun hemm xi xmara li tkun għaddejja minn taħt l-art. F’din il-parti jikbru xi pjanti u siġar u l-annimali jsibu minn fejn jixorbu. Din tissejjah OASI

Saguaro : 

Saguaro Il-cacti Saguaro jipprovdu bejtiet għall-għasafar filwaqt li jservu bħala siġar. Dawn jikbru bil-mod u jistgħu jgħixu għal madwar mitejn sena. Meta jkollhom madwar disa’ snin dawn ikunu 15cm għoljin u wara 75 sena jiffurmaw l-ewwel fergħat tagħhom! Meta jkunu kibru dawn ikunu twal 15-il metru u jiżnu għaxar tunnellati.

Slide 10: 

Annimali fid-deżert iridu jgħixu f’ambjent kiefer- sħana tremenda, xemx tiżreġ u nuqqas ta’ ilma. Kull annimal jadatta ruħu għad-deżert. Il-fennec fox għandu widnejh kbar biex jisma’ iktar kif ukoll jarmi s-sħana minnhom. Annimali oħra bħal Kangaroo rat u Rettle snake jgħixu taħt l-art matul il-ġurnata. Dawn joħorġu jfittxu l-ikel bil-lejl min ħabba s-sħana tremenda ta’ matul il-jum, għalhekk insejħulhom “nocturnal”. Annimali f’deżerti sħan

Slide 11: 

Iktar annimali tad- Deżert sħun Dorcas gazelle Springbok Qanfud Dama gazelle Nagħma Jena (hyena) ċerva Xakall (Jackal)

Il-Ġemel : 

Il-Ġemel Il-ġemel għandu l-kapaċita’ li jġorr ammont kbir ta’ ilma għal perjodu twil u għalhekk huwa kapaċi jgħix fid-deżert. Il-ġemel huwa l-akbar annimal tad-deżert u l-mezz prinċipali għal min irid jaqsam fid-deżert. Barra minn hekk għandu żewġ ringieli suf ta’ l-għajnejn. B’hekk jevita li jidħollu r-ramel f’għajnejh.

Slide 13: 

Fejn jinsabu dawn id-deżerti sħan?

Nies tad-deżert : 

Nies tad-deżert Il-biċċa l-kbira tan-nies li jgħixu fid-deżert huma Nomadi. Il-kelma Nomadi tfisser nies li dejjem jiċċaqalqu minn post għall-ieħor.

Nomadi : 

Nomadi Din hija stampa ta’ Nomadu. Dik li liebes f’rasu nsejħulha howli. Għalfejn taħsbu li jilbisha? In-Nomadi jieklu ross u tamal għax huma faċli biex iġġorrhom. Jieklu wkoll il-laħam tan-ngħaġ.

Slide 16: 

Din hija dar temporanja li n-nomadi jibnu fid-deżert.

Slide 17: 

Din hija skola fid-deżert Sahara. Matul il-lejl taqa’ kesħa tremenda u għalhekk il-bini jkun kiesaħ ħafna. Dawn it-tfal jpoġġu barra fix-xemx sakemm il-bini jkun saħan biżżejjed biex ikomplu l-lezzjonijiet ġewwa għad-dell.

Slide 18: 

Ilhom jgħixu n-nies f’dan id-deżert madwar 20,000 elf sena u jissejħu San. Għandhom lingwa għalihom Huma jmorru għall-kaċċa bil-qaws u l-vleġeġ. Jiġbru frott u pjanti u lewż tajjeb għall-ikel. L-ilma jaħżnuh ġol-bajd tal-ostrich biex iżomm frisk. Id-Deżert Kalahari

X’inhu Deżert Kiesaħ? : 

X’inhu Deżert Kiesaħ? Medda ta’ art miksija bis-silġ. Tagħmel kesħa fl-istaġuni kollha. It-temperatura fis-sajf tkun xorta baxxa ħafna. F’dawn it-tip ta’ deżerti t-temperatura tkun baxxa ħafna anke taħt iz-zero. Mill-inqas tagħmel xita għax il-qtar tal-ilma jiffriża qabel dan imiss mal-art. F’dan l-ambjent qatt ma tkun sħana biżżejjed biex jikbru l-pjanti. L-annimali li jgħixu f’dawn il-kundizzjonijiet iħaffru taħt l-art biex iżommu sħan.

Slide 20: 

Dawn huma maltempati kbar li jseħħu fid-deżert il-kiesaħ fejn riħ qawwi jibda jkaxkar miegħu ħafna silġ. It-temperatura tkun baxxa. Il-viżibilita tkun baxxa (ma tantx tkun tista’ tara) X’inhuma blizzards?

Tundra : 

Tundra X’ inhi Tundra? Tundra hija art fejn m’hemmx siġar. Fejn tinsab Tundra? Tundra hija dik il-parti ta’ fuq tad-dinja, lejn ‘in-North Pole’. Din tiksi 1/5 tal-wiċċ tad-dinja.

Tundra : 

Tundra It-Tundra hija miksija bis-silġ. Fil-perjodi qosra tas-Sajf, is-silġ tal-wiċċ idub u jkunu jistgħu jfeġġu xi pjanti u organiżmi oħra. Matul ix-Xitwa qalila dawn ta’ l-aħħar jerġgħu jitattew. L-ilma huwa skars is-sena kollha.

Slide 24: 

Annimali

Il-Volpi Artiku (Arctic Fox) : 

Il-Volpi Artiku (Arctic Fox) Insibuh f’deżerti kesħin. Jagħmel id-dar tiegħu taħt l-art fejn ma jsibx silġ. Jieħu fdalijiet li jħallu annimali oħra bħal Polar Bear. Għandu saqajh qosra, dahru goff u jitkebbeb biex iżomm sħun u jorqod. Huwa jgħix madwar 15-il sena u nsejħulu Omnivore għax jista’ jiekol pjanti kif wkoll annimali.

L-Ors l-abjad : 

L-Ors l-abjad Għandu l-pil abjad fil-cream. Jiekol mammali kbar u żgħar, ħut, għasafar u matul is-sajf jiekol ukoll frott u weraq. Annimal li jgħix għalih waħdu. Meta jkollu iż-żgħar dawn idumu mal-omm sakemm ikollhom sena. Għalkemm huwa annimal kbir dan l-ors għandu ħeffa kbira u jaf jgħum sew.

Klieb tas-silġ : 

Klieb tas-silġ Din hija razza b’saħħitha u kuraġġuża. Kapaċi jġorru persuna u slitta għal bosta mili. Klieb li jaħdmu flimkien bħala tim biex isalvaw. Biex jisħnu jitkebbu u jilqgħu r-riħ.

Annimali Oħra : 

Annimali Oħra Xi ħut fl-Antartiku għandhom likwidu speċjali f’demmhom li ma jħallihomx jiffriżaw. Xi annimali tad-deżert il-kiesaħ bħal dawn l-iljuni tal-baħar ikollhom ammont ta’ xaħam taħt il-ġilda. Dan jgħinhom iżommu sħan. Bumerini bħal dawn ifittxu l-ikel taħt is-silġ. Huma jtaqqbu toqob fis-silġ biex jieħdu n-nifs.

Slide 29: 

Eskimos jew Eskimiżi.

Fejn joqogħdu l-Eskimos? : 

Fejn joqogħdu l-Eskimos? Fix-xitwa, meta s-silġ iżomm aktar, jibnu kapanni bil-blokki tas-silġ. Fis-sajf joqogħdu ġo tined magħmulin mill-ġlud ta’ l-annimali.

Slide 31: 

Ilbies Ħwejjeġ bil- pil oħxon Żraben u ħwejjeġ magħmulin mill-ġilda tal-annimali

Dawn x’inhuma? : 

Dawn x’inhuma? L-Eskimos huma ka``aturi u jieklu la]am u ]ut. Dawn huma ftit mill-g]odda li ju\aw meta jmorru g]all-ka``a.

Kif jivjaġġaw l-Eskimos? : 

Kif jivjaġġaw l-Eskimos? Il-Huskies u ċ-ċriev jużawhom biex jiġbdulhom is-slitta meta jmorru ‘l bogħod għall-kaċċa. Dan Kajjik. Meta jmorru għall-kaċċa, l-Eskimos jużaw il-kajjik. Dan ukoll ikun miksi bil-ġlud tal-annimali.

Tmiem : 

Tmiem