Preistorja

Views:
 
Category: Education
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Slide 1: 

History Il-Preistorja Dianne Portelli 1D

Bil-kelma Preistorja nifhmu dak iz-zmien ta’ l-istorja meta l-bniedem ma kienx jaf jikteb. : 

Bil-kelma Preistorja nifhmu dak iz-zmien ta’ l-istorja meta l-bniedem ma kienx jaf jikteb. Sirna nafu fuq dan iz-zmien mill-affarijiet li l-bniedem preistoriku halla warajh. Dan ix-xoghol isir permezz ta’ l-Arkeologija li tfisser it-tiftix ta’ fdalijiet biex insiru nafu dwar in-nies tal-qedem. In-nies li jaghmlu dan ix-xoghol insejhulhom arkeologi u xogholhom li jfittxu u jhaffru taht l-art biex isibu fdalijiet li jitfghu dawl fuq kif kien jghix il-bniedem tal-qedem.

Ghar Dalam : 

Ghar Dalam Ghar Dalam hu l-eqdem fdal preistoriku. Fih hemm fdalijiet ta’ annimali Preistorici li huma xhieda li xi darba Malta ma kinitx gzira izda kienet imwahhla ma’ l-Ewropa u l-Afrika.

Skorba : 

Skorba Hu mahsub li l-ewwel nies li ghexu Malta gew minn Sqallija. Skond l-arkeologi dawn in-nies kienu jghixu fl-gherien. L-eqdem villagg preistoriku hu dak ta’ Skorba. Dan jinsab qrib l-inhawi taz-Zebbiegh qrib l-Imgarr f’ghelieqi maghrufa bhala ta’ Skorba. Dan il-perjodu fil-preistorja jissejjah NEOLITIKU jew Zmien Gdid tal-Hagar. Tal-hagar ghaliex  dawn in-nies kienu jaghmlu l-ghodod taghhom mill-hagar.

Zmien it-Tempji: Zebbug : 

Zmien it-Tempji: Zebbug Il-fazi taz-Zebbug iggib fi tmiemu l-perjodu l-aktar bikri tal-preistorja Maltija. F’din il-fazi bdew jinbnew l-ewwel tempji Megalitici. Il-kelma Megalitiku tfisser gebel kbir Barra l-bini tat- tempji, in-nies bdew ukoll jidfnu l-mejtin taghhom. Xhieda ta’ dan hija n-numru ta’ oqrba mhaffra fil-blat li nstabu madwar Malta

Tempji Ta' hagrat - Mgarr : 

Tempji Ta' hagrat - Mgarr Din il-fazi tissejjah hekk ghaliex l-aktar fdal importanti ta’ din il-fazi jinsab l-Imgarr. Dan hu t-tempju ta’ HAGRAT li sfortunatament thalla mitluq. Fil-fazi Mgarr in-nies biddlu l-ghamla tal-fuhhar dekorattiv. Dan it-tempju kien instab mill-arkeologu  Malti Sir Temi Zammit.

Tempji - il-Ggantija : 

Tempji - il-Ggantija Din il-fazi hija msemmija ghat-tempju tal-Ggantija li jinsab fix-Xewkija Ghawdex. Tempji ohra ta’ din il-fazi huma Hagar Qim hdejn il-Qrendi u l-Imnajdra qrib l-gholjiet ta’ Had-Dingli. Karatteristika importanti hija l-kobor tal-gebel li bihom inbnew dawn it-tempji. Huma mahduma b’sengha kbira u fuq pjanti elaborati. L-ghamla taghhom hija nofs tondjaturi qishom mara hoxna rieqda. Il-mara hoxna kienet l-alla tal-fertilità. Dawn it-tempji kellhom aktar minn kamra wahda. Fix-Xemxija nstab ukoll qabar ta’ din il-fazi.

Hal Saflieni : 

Hal Saflieni Il-fazi tal-Ggantija evolviet f’dik ta’ Saflieni. Dan l-isem jirreferi ghall-Ipogew ta’ Hal Saflieni li hu tempju magalitiku mhaffer taht l-art. It-tempju fih tliet saffi. L-ewwel saff kien jintuza ghad-dfin tal-mejtin. It-tieni saff jikkonsisti f’kamra mdaqqsa u xi kmamar zghar li kien iservi ghar-riti religjuzi. L-ahhar saff qieghed xi 10 metri taht l-art u kien iservi biex izommu t-tezori taghhom. L-isbah parti ta’ l-Ipogew hija s-Sancta Santorum. Ipogew iehor izda izghar instab f’Santa Lucija. Biex iqattghu u jhaffru l-gebel kienu juzaw biss ghodda taz-znied.

It-Tempji ta' Hal Tarxien: : 

It-Tempji ta' Hal Tarxien: Din hija l-ahhar fazi tal-perjodu tat-tempji. Fiha in-nies tal-qedem bnew u rrangaw bosta tempji. L-aktar fdal importanti ta’ din il-fazi hu t-tempju tal-Hal Tarxien.

Ic-Cimiterju ta’ Hal Tarxien: : 

Ic-Cimiterju ta’ Hal Tarxien: In-nies tal-perjodu tat-tempji qishom sparixxew minn Malta. Ghal bosta snin ma nsibu l-ebda informazzjoni dwarhom. Wara dan l-intervall hemm fdalijiet li jmorru lura sas-sena 1800 QK. Issa konna dhalna fi Zmien il-Bronz. Dawn kienu nies ta’ kultura aktar avanzata. L-ewwel fdalijiet ta’ dawn in-nies instabu fic-Cimiterju tat-tempju ta’ Hal Tarxien. L-oqbra li kienu jibnu dawn in-nies huma msejha DOLMEN gebla catta minduda u tnejn zghar. Ta’ din il-fazi wkoll insibu l-cart ruts kanali biex igorru affarijiet tqal.

Borg in-Nadur : 

Borg in-Nadur Din il-fazi tirreferi ghal fdal li nstab qrib Birzebbuga. Dan il-fdal hu interessanti hafna ghaliex hu ezempju ta’ rahal fortifikat. Barra dan instabu hofor mhux fondi hafna fejn kienu jahznu l-affarijiet.

Tmiem : 

Tmiem