Il-Milied

Views:
 
Category: Entertainment
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Il-Milied :

Il-Milied

X’inhu l-Milied?:

X’inhu l- M ilied? Il-Milied hu żmien li fih niftakru meta twelid Ġesù Bambin fostna.

PowerPoint Presentation:

Kif nafu, Ġesù twieled f’Betlehem fi stalla tal-annimali għaliex il-lukandi kienu kollha mimlijin u ma kienx hemm post għal Marija u Ġużeppi

PowerPoint Presentation:

Dawn kienu għorrief jistudjaw il-kwiekeb. Meta raw dik l-istilla mhux tas-soltu tixgħel fis-sema, imxew warajha u wasslithom fejn kien hemm Ġesù. Dawn tawh deheb, inċens u mirra. Is-Slaten Maġi

Xi jfissru dawn ir-rigali?:

Xi jfissru dawn ir-rigali? Deheb – Hu sultan Inċens – Biex jadurawh Mirra – Għax kellu jbati

Is-siġra tal-Milied u r-Rigali:

Is-siġra tal-Milied u r-Rigali Illum saret drawwa li nagħtu rigali lil xulxin f’dan iż-żmien. Din bdiet minn meta l-maġi taw ir-rigali lil Ġesù. Dawn ir-rigali inpoġġuhom taħt is-siġra tal-Milied imżewja kollha lwien, drawwa li hija riċenti wkoll.

Father Christmas:

Father Christmas

PowerPoint Presentation:

Dawn huma affarijiet sbieħ, iżda importanti li ma nħalluhomx ibegħduna mill-ispirtu veru tal-Milied. X’inhu dan l-ispirtu tal-Milied?

PowerPoint Presentation:

L-ispirtu veru tal-Milied huwa li ngħixu magħqudin flimkien bħala familja waħda filwaqt li nifirħu bil-miġja ta’ Ġesù. Għalhekk, minbarra s-siġra tal-Milied, hemm żewġ affarijiet oħra li importanti li ma ninsewhomx: Il-Presepju Il-Bambin

Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied :

Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied

Il-Presepju:

Il-Presepju Il-presepju ilu jintrama mill-familji Maltin għal ħafna snin u għalhekk ngħidu li huwa tradizzjoni Maltija. Il-presepju ħafna drabi jinbena forma ta’ grotta jew tal-belt ta’ Betlehem, u fih insibu l-pasturi tal-Madonna, San Ġużepp, il-Bambin ġol-maxtura, il-baqra, il-ħmara, in-nagħaġ u r-rgħajja.

Il-Bambin:

Il-Bambin Hemm min ipoġġi l-Bambin f’ħoġor it-tieqa, tant li jkun jista’ jidher mit-triq.

Il-Ġulbiena:

Il- Ġ ulbiena Ħafna Maltin iħobbu jiżirgħu l-ġulbiena u meta tikber ipoġġuha madwar il-presepju jew il-Bambin.

Il-Purċissjoni tal-Bambin:

Il-Purċissjoni tal-Bambin Din hija drawwa sabiħa li ħallielna San Ġorġ Preca li ssir lejliet il-Milied. Din tqanqal lil kulħadd biex joħroġ barra biex jara u jisma’ tant tfal ikantaw l-innijiet lil Ġesù Bambin.

Il-Purċissjoni tal-Bambin:

Il-Purċissjoni tal-Bambin

Il-Priedka tat-Tifel :

Il-Priedka tat-T ife l Il-Quddiesa ta’ Nofs il-Lejl ...din issir qabel...

Kartolini tal-Milied:

Kartolini tal-Milied Meta nixtru l-kartolini, ma ninsewx l-aktar ħaġa importanti f’din il-festa, dik tat-twelid ta’ Ġesù Bambin fostna.

L-għanjiet tal-Milied:

L-g ħ anjiet tal-Milied

Għanja Maltija popolari ħafna hija Ninni la Tibkix Iżjed:

Għanja Maltija popolari ħafna hija Ninni la Tibkix Iżjed Ninni la tibkix iżjed n inni Ġesù Bambin ħalli ħallina l-biki, għax aħna midimbin. Ejjew ejjew ja anġli mis-sema mija mija. Araw lil min ħalaqkom Bambin ġewwa l-fistqija. Ninni la tibkix iżjed n inni Ġesù Bambin ħalli ħallina l-biki, għax aħna midimbin. Ejjew taraw b’għajnejkom lil Alla kbir tal-ħniena. Bambin sabiħ u ħelu ininni ġol-benniena. Ninni la tibkix iżjed n inni Ġesù Bambin ħalli ħallina l-biki, għax aħna midimbin. Ejjew araw o rgħajja kemm faqar kemm tbatija is-sid ta’ kollox twieled bin Alla il-messija

Id-Dundjan:

Id-Dundjan Qag ħ aq tal-g ħ asel Ikel Tradizzjonali

PowerPoint Presentation:

L-Imbuljuta – din issir bil-qastan Il-Pudina

PowerPoint Presentation:

Il-Pannettone Il-Christmas Log Dawn huma drawwiet aktar riċenti

PowerPoint Presentation:

Il-Milied it-Tajjeb!

authorStream Live Help