Religion Lesson 1 - yr 4.1

Views:
 
Category: Education
     
 

Presentation Description

No description available.

Comments

Presentation Transcript

Slide 1: 

Lesson 1 Aħna l-familja ta’ Alla

Slide 2: 

Aħna lkoll għandna l-familja tagħna.

Slide 3: 

Kull familja għandha l-kunjom tagħha u toqgħod f’dar għaliha.

Slide 4: 

Ħafna familji li jgħixu qrib xulxin, flimkien isiru belt jew raħal.

Slide 5: 

...ikunu qishom familja waħda kbira.

Slide 6: 

F’nofs il-belt jew ir-raħal tagħna kemm il-knisja.

Slide 7: 

Din hi d-dar ta’ Alla u d-dar tagħna lkoll.

Slide 8: 

F’din il-knisja aħna nagħmlu ħafna affarijiet kbar u sbieħ.

Slide 9: 

Nieħdu l-magħmudija – li biha nidħlu fil-familja ta’ Alla.

Slide 10: 

Immorru nqerru – biex nerġgħu nsiru ħbieb ta’ Ġesu.

Slide 11: 

Nagħmlu l-festa l-kbira ta’ l-ewwel tqarbina.

Slide 12: 

Nieħdu sehem flimkien fil-quddiesa.

Slide 13: 

Nieħdu sehem f’xi purċissjoni.

Slide 14: 

Kull sena nagħmlu festa sabiħa.

Slide 15: 

Nirċievu s-sagrament tal-griżma.

Slide 16: 

Xi wħud minna huma abbatini.

Slide 17: 

....jew ikantaw fil-kor.

Slide 18: 

L-iktar ħaġa kbira li nagħmlu fil-knisja hi l-quddiesa.

Slide 19: 

Fil-quddiesa lil Alla nsejħulu l-Missier tagħna lkoll. Flimkien infaħħruh, inkantawlu u ngħidulu li nħobbuh.

Slide 20: 

Fil-quddiesa nagħtu l-paċi lil xulxin.

Slide 21: 

Flimkien nieħdu ‘l Ġesu bħala l-ikel tagħna.

Slide 22: 

Fil-quddiesa nidhru aktar mis-soltu li aħna l-familja ta’ Alla, il-Knisja ta’ Ġesu.