Imdina Project

Views:
 
Category: Education
     
 

Presentation Description

This is my school Social Studies project. Yr 5. Hope you like it!!!

Comments

Presentation Transcript

Imdina:

Imdina Antonia Scicluna Yr 5 Grech

Tgħarif Ġenerali::

Tgħarif Ġenerali: Għal żmien twil, l-Imdina kienet il-belt kapitali ta’ Malta. Illum hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta. Ilha mwaqqfa minn żmien il-Medju Evu u għandha storja kbira ħafna. Din il-belt hija attrazzjoni turistika minħabba li fiha palazzi kbar ħafna, djar żgħar u ħelwin u katidral Barokk mill-aqwa . Imdina: minn Antonia Scicluna 2

Tgħarif Ġenerali::

Tgħarif Ġenerali: L-Imdina hija belt fortifikata u qiegħda kważi fin-nofs ta’ Malta u tinsab fuq għolja, madwar 200 metru għola mil-livell tal-baħar. Matul iż-żmienijiet, l-Imdina inbiddlet ħafna. Taħtha instabu fdalijiet ta’ bini ieħor li jeħduna sa 5000 sena ilu. Imdina: minn Antonia Scicluna 3

Storja: Il-Feniċi.:

Storja: Il-Feniċi. Madwar 1000 Q.K., il-Feniċi ħakmu lil Malta. Huma bdew joqogħdu fl-inħawi tal-Imdina u r-Rabat. Kienu l-Feniċi li bnew l-ewwel swar madwar dawn l-inħawi. Dawn tawha l-isem Malet , li tfisser kenn . Dan kien l-istess isem li nagħta lill-gżira kollha. Imdina: minn Antonia Scicluna 4

Storja: Ir-Rumani.:

Storja: Ir-Rumani. Fis-sena 218 Q.K., ir-Rumani ħadu f’idejhom il-gżira tagħna u bdew joqogħdu fl-Imdina. Huma bdew isejħulha Melita li kien ukoll l-isem tal-gżira. Melita ġejja mill-kelma Taljana Miele li tfisser għasel , għaliex f’dak iż-żmien Malta kienet imsemmija ħafna għalih. Imdina: minn Antonia Scicluna 5

Storja: ir-Rumani. :

Storja: ir-Rumani. Kittieba kbar Rumani bħal Ċiċerun, semmew lil belt Melita bħala belt b’bini mill-isbaħ u b’ħafna ġid. Fis-sena 60 W.K., San Pawl ġie Malta. Skond it-tradizzjoni huwa fejjaq lill-missier il-gvernatur ta’ dak iż-żmien, Publius, li kien jgħix fil-palazz fejn illum minfloku jinsab il-katidral tal-Imdina li hu ddedikat lil San Pawl, il-qaddis patrun ta’ pajjiżna. Imdina: minn Antonia Scicluna 6

Storja: L-Għarab.:

Storja: L-Għarab. Kien wara s-sena 870, meta Malta ġiet maħkuma mill-Għarab. Għal raġunijiet ta’ diviża. L-Għarab, ċekknu l-Imdina bi kważi 1/5 ta’ kif kienet qabel. Huma ħaffru foss fond minn naħa tar-Rabat u dawru l-belt bi swar. Semmew lill-belt il-ġdida, Medina li tfisser belt imdawwra b’ħitan. Imdina: minn Antonia Scicluna 7

Storja: Il-Konti Ruġġieru.:

Storja: Il-Konti Ruġġieru. Il-Konti Ruġġieru wasal Malta fis-sena 1090. Waħda mill-affarijiet li għamel kien, bena knisja ġdida ddedikata lil San Pawl flok dik li kien hemm qabel u li tħalliet tiġġarraf fi żmien l-Għarab. Il-Konti Ruġġieru introduċa wkoll id-diviżjoni tas-soċjeta’. Il-klassi l-għolja, jiġifieri n-nies nobbli, kienu jgħixu ġewwa l-Imdina u dawn kellhom sehem importanti mill-istorja ta’ pajjiżna. Imdina: minn Antonia Scicluna 8

Storja: ‘Universita`’ u ‘Citta Notabile’.:

Storja: ‘ Universita `’ u ‘Citta Notabile’. Meta n - Normanni telqu minn pajjiżna, Malta għaddiet minn ħafna faqar u mard. Barra minn hekk Malta ġiet attakkata diversi drabi mill-Furbani. Għall-ewwel darba, in-nobbilta ’ tal-Imdina ngħatat permess minn Sqallija biex imexxu lil Malta. Dan kien l-ewwel forma ta’ gvern Malti. Dawn kienu jissejħu ‘Universita’. Graz zi għall-qlubija tan-nobbilta’ tal-Imdina , r-re ta’ Spanja, Alfonsu V ta ’ t-titlu ‘Notabile’ lil din il-belt. B’hekk l-Imdina baqgħet magħrufa bħala ‘Citta Notabile’. Imdina: minn Antonia Scicluna 9

Mapep antiki tal-Imdina.:

Mapep antiki tal-Imdina. Imdina: minn Antonia Scicluna 10 Xellug: Mappa tas-seklu 16 li turi l-Imdina prominenti fin-nofs ta Malta. Fuq: Mdina tiġi attakata mit-Torok waqt l-Assedju l-Kbir. Hawn jidher ukoll il-Katidral l-antik, qabel ma dan waqa’ bit-terremot.

Storja: Kavallieri ta’ San Ġwann.:

Storja: Kavallieri ta’ San Ġwann. Fl-1530, l-Ispanjoli ċedew lil Malta f’idejn l-Ordni ta’ San Ġwann, li aktar tard sar u magħrufa bħala l-Kavallieri ta’ Malta. Fl-Assedju l-Kbir, fis-sena 1565, l-Imdina kellha sehem importanti mir-rebħa fuq it-Torok. Bil-bini tal-Belt Valletta fl-1568, l-Imdina naqset ħafna mill-importanza tagħha, u bdiet tissejjaħ ‘Citta’ Vecchia’. Imdina: minn Antonia Scicluna 11

Storja: Kavallieri ta’ San Ġwann.:

Storja: Kavallieri ta’ San Ġwann. L-Imdina tħalliet għal zmien twil mitluqa u l-Gran Mastru Lascaris ( 1637-1657) ordna li l-Imdina kellha tiġi rrestawrata. Għal dan il-għan, il-poplu tal-Imdina ntalab i ħallas taxxi għoljin ħafna u li joħorġu mill-belt, ħalli jkun jista’ jsir ix-xogħol. Imma n-nisa tal-Imdina qamu kontra dan il-pjan u kellu jitħassar kollox. Madankollu fl-1693 sar terremot li ħalla ħerba sħieħa ġewwa l-Imdina. Il-Gran Mastru De Vilhena ħa l-okkażjoni sabiex jgħati dehra ġdida lill-Imdina. Hu rrestawra ħafna bini, u bena Palazz ġdid li kien iservi bħala residenza tiegħu, u li baqa magħruf bħala il-Palazz Vilhena. Imdina: minn Antonia Scicluna 12

Storja: Il-Franċiżi u l-Ingliżi.:

Storja: Il-Franċiżi u l-Ingliżi. Fl-1798, in-nies tal-Imdina ċedew il-belt tagħhom f’idejn il-Ġeneral Vaubois. Imma inqas minn sentejn wara kienu l-istess nies li qajmu rewwixta kontra l-Franċiżi u qatlu lill-Ġeneral Franċiż Masson. Dan l-irvell wassal għat-tmiem tal-ħakma Franċiża. Tul il-164 sena ta’ ħakma Ingliża, l-Universita’ ġiet imwaqqfa milli taħdem u l-Imdina baqgħet mgħarufa sa llum bħala l-Belt Is-Siekta , b’ħafna memorji ta’ storja kbira. Imdina: minn Antonia Scicluna 13

Attrazzjonijiet: Il-Bieb Prinċipali.:

Attrazzjonijiet : Il- Bieb Pri nċipali. Fid-daħħla tal-Imdina, insibu l-Bieb Prinċipali mill-isbaħ fuq stil Barokk. Dan inbena fl-1724 mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena, li ħa post il-bieb l-antik li kien jinsab fil-ġenb, u li għad hemm traċċi tiegħu. Fuq il-naħa ta’ barra, hemm l-arma ta’ Manoel de Vilhena, waqt li fuq ġewwa hemm tlett istatwi ta’ San Publiju, San Pawl u Sant’Agatha, qaddisin protetturi tal-Imdina. Imdina: minn Antonia Scicluna 14

Attrazzjonijiet: Bibien oħra.:

Attrazzjonijiet : Bibien o ħra. Imdina: minn Antonia Scicluna 15 Daħla oħra għall-Imdina, huwa l-Bieb tal-Griegi. Dan jissejjaħ hekk, għax f’dik il-parti,huwa maħsub illi kienu jgħixu l-Griegi. Faċċata ta’ dan il-bieb, insibu l-bieb tal-Lhud.

Attrazzjonijiet: It-Torri tal-Istandard :

Attrazzjonijiet : It-Torri tal-Istandard Malli tidħol, fuq in-naħa tax-xellug, insibu t-Torri tal-Istandard. Dan kien jintuża, biex meta l-Imdina tkun ġejja attakkata, jqabdu ħuġġieġa biex b’hekk iwasslu messaġ lil Malta kollha. It-Torri tal-Istandard inbena fil-bidu tas-seklu 16, meta Vilhena rranġa it-’Torre Mastra’ li kien hemm qablu. Imdina: minn Antonia Scicluna 16

Attrazzjonijiet: Il-Palazz ta’ Vilhena. :

Attrazzjonijiet : Il-Palazz ta’ Vilhena. Wara l-ħerba li ħalla t-terremot tal-1693, Vilhena ħa ħsieb il-bini mill-ġdid u restawr ta’ ħafna bini u fortifikazzjonijiet tal-Imdina, fosthom il-bini li wieħed isib malli tidħol fuq in-naħa tal-lemin. Dan il-palazz li qabel kien iservi bħala s-sede tal-’Universita’’, issa sar magħruf bħala il-Palazz ta’ Vilhena għax kien jużah bħala waħda mir-resindenzi tiegħu. Imdina: minn Antonia Scicluna 17

Attrazzjonijiet: Il-Palazz ta’ Vilhena. :

Attrazzjonijiet : Il-Palazz ta’ Vilhena. F’perjodi differenti, dan il-bini serva wkoll bħala sptar tal-kolera, tal-għajnejn, għat-truppi Ingliżi u wkoll tat-tuberkolożi. Baqa’ jintuża bħala sptar sal-1956. Imdina: minn Antonia Scicluna 18 Dan il-palazz huwa kbir ħafna u mimli tiżjin Barokk mill-isbaħ. Illum il-ġurnata l-palazz huwa l-Mużew tal-Istorja Naturali. Hemmhekk insibu ħafna kollezzjonijiet fosthom: għasafar, friefet u insetti kbar u żgħar, għadam tal-annimali u fossili.

Attrazzjonijiet: Banca Giuratale. :

Attrazzjonijiet : Banca Giuratale. Fit-Triq Villegaigon, it-triq prinċipali tal-Imdina, insibu l-Banca Giuratale li ġiet mibnija fl-1730. Dan il-post beda jintuża mill-’Universita ` ’, wara li Vilhena beda jgħix ġol-palazz tiegħu li jinsab fid-daħla tal-Imdina. Waqt ir-rewwixxta kontra l-Franċiżi, il-Maltin iddeċidew li jiltaqgħu ġol-Banca Giuratale biex jiftehmu ma’ Nelson kontra l-Franċiżi. Illum il-Banca Giuratale hija parti mill-Arkivji Nazzjonali u fiha nsibu dokumenti tal- qrati minn 1520 sa l-1899. Imdina: minn Antonia Scicluna 19

Attrazzjonijiet: Il-Pjazza ta’ San Pawl :

Attrazzjonijiet : Il-Pjazza ta’ San Pawl Imdina: minn Antonia Scicluna 20 Il-Pjazza ta’ San Pawl, jew kif inhi magħrufa aktar, il-Pjazza tal-Katidral, hija l-pjazza prinċipali tal-Imdina. Fiha nsibu djar kbar u sbieħ fuq stili varji fosthom Gotiku, Rinaxximentali u Barokk. Oriġinarjament il-pjazza kienet ferm iżgħar, imma t-terremot waqqa’ ħafna mill-bini u meta nbena l-Katidral l-ġdid, b’faċċata tant maestuża, dan il-bini baqa ma telax biex ta spazju għal pjazza ferm akbar u isbaħ li għadna ngawdu sal-lum.

Attrazzjonijiet: Il-Katidral ta’ San Pawl:

Attrazzjonijiet : Il-Katidral ta’ San Pawl Skond it-tradizzjoni, dan il-Katidral ġie mibni fl-istess post fejn San Pawl fejjaq lil missier Publiju fil-palazz tiegħu. Huwa maħsub li fl-istess post, sa mis-seklu 4, kien hemm knisja oħra ddedikata lil Verġni Mqaddsa. Fi żmien l-Għarab, din tħalliet mitluqa sa ma ġġarfet maż-żmien. Imdina: minn Antonia Scicluna 21

Attrazzjonijiet: Il-Katidral ta’ San Pawl:

Attrazzjonijiet : Il-Katidral ta’ San Pawl Il-Konti Ruġġieru bena din il-knisja mill-ġdid u ġiet iddedikata lill-Qaddis Patrun ta’ Malta. Fis-sena 1420 d a n ġie imkabba r imma wara t-terremot kell u j inbena mill-ġdid fuq pjanti ta’ Lorenzo Gafa `. Din hija meqjusa bħala l-aqwa xogħol ta’ Gafa ` u probabbilment hija l-isbaħ knisja b’koppla fuq stil Barokk ġewwa pajjiżna. Il-Katidral tal-Imdina huwa ukoll is-sede uffiċjali tal-Isqof ta’ Malta. Imdina: minn Antonia Scicluna 22

Il-Katidral ta’ San Pawl: ritratti:

Il-Katidral ta’ San Pawl: ritratti Il-pjanta ta’ Lorenzo Gafa’ tal-katidral ta’ San Pawl. L-Orgni tal-Katidral. Il-Koppla. Lapida tal-familja Inguanez (familja nobbli li kellha sehem importanti fl-istorja tal-Imdina). Imdina: minn Antonia Scicluna 23

Attrazzjonijiet: Il-Pjazza tal-Arċisqof:

Attrazzjonijiet : Il-Pjazza tal-Arċisqof F’din il-pjazza insibu l-palazz tal-Arċisqof, li nbena’ fl-1722. Dan il-palazz minn dejjem kien servi bħala r-residenza tal-Arċisqof ta’ Malta, sa mis-sena 1574. F’din il-pjazza nsibu wkoll il-Mużew tal-Katidral. Imdina: minn Antonia Scicluna 24

Attrazzjonijiet: Il-Mużew tal-Katidral :

Attrazzjonijiet : Il-Mużew tal-Katidral Ġo dan il-Mużew insibu kollezzjonijiet imprezzabbli tal-arti li jinkludu: Tinqix fl-injam ta’ Albrecht Durer Xogħolijiet ta’ Mattia Preti Kollezzjoni ta’ muniti li jmorru lura sa 2000 sena, fosthom set komplut ta’ muniti Rumani Dokumenti antiki u mportanti ħafna Xogħolijiet oħra tal-fidda Kotba K orali kbar Pitturi Vestwarj i Imdina: minn Antonia Scicluna 25

Attrazzjonijiet: Il-Mużew tal-Katidral :

Attrazzjonijiet : Il-Mużew tal-Katidral Ħafna minn dawn il-kollezzjonijiet kienu tal-Konti Saverio Marchese li wara l-mewt tiegħu ħallihom b’wirt lil Mużew tal-Katidral. Fost l-esebiti hemm ukoll affarijiet li ġew salvati mit-terremot u li qabel kienu ġol-Katidral l-antik, fosthom il-”Poly p tych” ta’ San Pawl tal-14 is-seklu, li qabel kienet mi ż mum h a fuq l-altar. Imdina: minn Antonia Scicluna 26

Attrazzjonijiet: Il-Knisja u Kunvent tal-Karmelitani :

Attrazzjonijiet : Il- Knisja u Kunvent tal-Karmelitani Fit-triq prinċipali, insibu wkoll il-knisja u l-kunvent tal-karmnu. Din il-knisja tfakkarna fir-rewwixta kontra l-Franċiżi, meta huma serqu tapezzeria. Meta l-Maltin indunaw li qegħdin ibiegħuha, ma felħuhomx aktar. B’hekk ftehmu, u malli bdiet iddoqq il-qanpiena, qamet ir-rewwixta kontra l-Franċiżi. Il-Karmelit an i ġew Malta minn Sqallija fis-sena 1370, u kellhom knisja fir-Rabat. Dawn ġew l-Imdina fl-1658, ġo knisja magħrufa bħala Santa Maria Della Rocca. Meta twaqqet, din il-k n isja reġet inbniet fl-1659 fuq disinn ta’ Francesco Sammut. Lorenzo Gafa kellu sehem ukoll mill-bini ta’ din il-knisja. Imdina: minn Antonia Scicluna 27

Attrazzjonijiet: Il-Palazzo Falzon:

Attrazzjonijiet : Il-Palazzo Falzon Palazzo Falzon, magħruf bħala id-dar Normanna, għax huwa l-aktar bini Medjovali komplet li nsibu fl-Imdina. Dan inbena mill-Aragoniż Vice Ammirall Falson fis-sena 1495. Illum il-ġurnata dan il-palazz inbidel f’mużew mill-aqwa, mimli b’kollezzjonijiet ta’ pitturi, għamara u fidda Maltija antika. Il-mużew twaqqaf meta dan il-palazz waqa’ f’idejn il-Fondazzjoni Patrimonju Malti. Imdina: minn Antonia Scicluna 28

Attrazzjonijiet: Il-Pjazza tas-Sur:

Attrazzjonijiet : Il-Pjazza tas-Sur Din il-pjazza hija attrazzjoni turistika. Qabel dan is-sur, li kien magħruf bħala Bastione de Vaccari u li kien il-post minn fejn kienu jisparaw il-kanuni. Minn hawn wieħed jista jara veduta mill-isbaħ ta’ kważi nofs Malta. Dar minn dawk li tinsab f’din il-pjazza, Beaulieu, kienet tagħmel parti mill-kunvent tal-Benedittini tas-Sorijiet ta’ Santa Skolastika . Imdina: minn Antonia Scicluna 29

Il-Ġmiel tal-Imdina - ritratti:

Il-Ġmiel tal-Imdina - ritratti Imdina: minn Antonia Scicluna 30 Tmiem Proġett Studji Soċjali Antonia Scicluna Yr 5 Grech Ir-ritratti kollha, minbarra dawk ta’ slides 3, 5, 6, 8, 10 u 11 huma meħudin minni. Mużika minn “The best of Baroque” Im dina